Camilleri jingħaqad mill-ġdid ma’ Għajnsielem F.C.

Ritratt: Għajnsielem F.C.

Fl-aħħar sigħat tħabbar b’mod uffiċjali r-ritorn ta’ Johnny Camilleri ma’ Għajnsielem F.C. Hu qed jirritona magħna wara nuqqas ta’ tlett staġuni.

Camilleri, li għandu 39 sena, bħalissa jikkupa l-ewwel post tal-aqwa skorers fil-futbol lokali. S’issa huwa skurja 315-il gowl u b’hekk qabeż lil Dione Lautier li f’idejh kellu r-rekord ta’ 306 gowl.

Camilleri qed jirritorna ma’ Għajnsielem wara li fl-aħħar staġun kien ma’ Xewkija Tigers F.C. filwaqt li fl-imgħoddi kien jilgħab ukoll ma’ Kerċem Ajax F.C., Victoria Hotspurs F.C. u Xagħra United F.C.