Filmat: Camilleri, Demicoli fil-quċċata fil-kampjonati Garmin BSJ Open Water Swimming

Read in English.

It-tielet tellieqa tal-Kampjonat tal-Għawm Open Water Garmin BSJ saret fil-Bajja tas-Salina nhar l-Erbgħa 12 ta’ Awwissu u saret taħt l-awspiċji tal-Aquatic Sports Association of Malta.

Andre Camilleri kien ir-rebbieħ assolut u temm it-tellieqa ta’ żewġ kilometri f’25 min 32 sekonda. Għalkemm ma kienx l-aħjar ħin tiegħu fill-Kampjonat sa’ issa, xorta kellu titjib fuq il-ħin tat-tellieqa preċedenti. Warajħ daħlet Sarah Demicoli, li għadha tiddomina it-taqsima tan-nisa. It-tielet barra mill-ilma kien Stefano Debono Grech, sekonda wara Demicoli. Huwa ġie segwit ftit wara minn Bernard Sant. Il-battalja għat-tielet post fil-kategorija femminili kien wieħed b’distakk żgħir, meta Leah Satariano spiċċat żewġ sekondi biss qabel Hannah Cutajar

Il-Kampjonat fadallu żewġ tlielaq u il-Klassifikazzjoni ġenerali bħalissa tara lil Andre Camilleri u Sarah Demicoli fil-quċċata tal-kategoriji rispettivi tagħhom.

L-aħħar tellieqa ta’żewġ kilometri hija skedata li ssir nhar il-Ħadd 16 ta’ Awwissu fis-7.30am, waqt li l-aħħar tellieqa tal-Kampjonat – tellieqa fuq medda ta’erba’ kilometri ser issir l-Erbgħa 19 ta’Awwissu fil-5pm. Iż-żewġ tlielaq jsiru fil-Bajja tas-Salina.

Ir-Reġistrazzjonijiet onlajn huma miftuħa u jistgħu jsiru permezz tas-sit elettroniku tal-Klabb permezz ta’ dan il-link.

Garmin BSJ Open Water Swimming Competitions – Rizultati

 IrġielNisa
1stAndre Camilleri (25:32)Sarah Demicoli (27:08)
2ndStefano Debono Grech (27:09)Kelsey Borg (28:54)
3rdBernard Sant (28:20)Leah Satariano (29:45)

Dan it-tagħrif twassal minn emvigee pr & marketing.