Cameron u Obama jikkonfermaw l-użu ta’ armi kimiċi fis-Sirja

Il-Prim Ministru Ingliż David Cameron illum mistenni jibda jlaqqa’ serje ta’ taħdidiet biex jiġi żviluppat pjan dwar tfiegħ ta’ missili fis-Sirja.

Cameron se jkun qed imexxi t-taħdidiet tal-Kunsill għas-Sigurtà Nazzjonali wara li insista li l-punent m’għandux jibqa’ sieket quddiem attakki kimiċi.

Il-Prim Ministru Ingliż dal-lejl tkellem mal-President Amerikan Barack Obama permezz ta’ telefonata. Iż-żewġ mexxejja qablu li l-informazzjoni li għandhom iż-żewġ pajjiżi tikkonferma l-użu ta’ armi kimiċi fis-Sirja.

Qalu ukoll li m’hemmx dubju li wara dan l-attakk hemm il-mexxej tar-reġim Sirjan, Bashar Al-Assad.