Cameron qed joffri “ċekk post-datat” – L-Oppożizzjoni Ingliża

Ir-referendum fir-Renju Unit dwar sħubija jew le tal-UE se jsir mingħajr il-garanzija li s-27 pajjiż l-ieħor ikunu rratifikaw il-proposti tal-Gvern ta’ Cameron.
Il-Partit Laburista u l-Partit tal-Indipendenza (UKIP) kkritikaw lill-Prim Ministru Ingliż li qed joffri lill-poplu “ċekk post-datat” hekk kif l-Ingliżi se jkunu mitluba jagħtu l-vot tagħhom qabel ma’ l-pajjiżi l-oħra juru l-qbil tagħhom, jew le, għall-bidliet li jrid Cameron għat-trattat tal-UE. 
Imma għall-Prim Ministru Ingliż, is-summit tal-bieraħ fi Brussell fisser il-bidu formali tad-diskussjonijiet għall-konċessjonijiet mill-UE lir-Renju Unit.