Cameron lest li jieħu azzjoni mmedjata kontra l-immigrazzjoni llegali

Il-Prim Ministru Ingliż David Cameron ħabbar li se jkun qed jieħu azzjoni mmedjata fuq l-immigrazzjoni fir-Renju Unit. Il-mexxej konservattiv kien qed jitkellem waqt attivita’ fl-Universita’ ta’ Suffolk, f’Ipswich. Waqt id-diskors tiegħu, huwa wiegħed li se jkeċċi l-immigranti llegali mill-pajjiż, filwaqt li jgħin fil-kontroll ta’ influss ta’ immigranti fl-Ewropa.

Cameron saħaq li r-Renju Unit se jkun qed jintroduċi iktar kontrolli ta’ immigrazzjoni kull darba li pajjiż ieħor jidħol fl-Unjoni Ewropea. Intant, skont stħarriġ li sar fir-Ranju Unit, fost l-aktar suġġetti li n-nies tinkwieta fuqhom hija propju l-immigrazzjoni.