Cameron irid 4 għanijiet prinċipali minn ftehim ġdid mal-UE

Ir-Renju Unit qed ifittex erba’ għanijiet prinċipali fin-negozjati mal-UE qabel ir-referendum dwar sħubija.
Skont il-Prim Ministru Ingliż, David Cameron, ir-riformi li r-Renju Unit irid huma kbar imma mhux impossibbli.
Il-Gvern Ingliż jidher li qed jagħfas biex ikollu ftehim ġdid mal-UE sax-xahar li ġej.
Primarjament, il-Gvern Ingliż irid ħarsien għas-suq wieħed Ewropew għar-Renju Unit u għal pajjiżi bħalu li m’għandhomx il-munita ewro; irid iktar kompetittività; irid iktar saħħa lill-Parlamenti nazzjonali; u jrid jillimita l-benefiċċji li immigranti regolari jkollhom fil-pajjiż fejn imorru jgħixu, b’mod speċjali benefiċċji marbuta max-xogħol u t-taxxa.
Skont David Cameron, irid lir-Renju Unit jibqa’ fl-UE imma f’waħda riformata.