Cameron imexxi delegazzjoni għal-laqgħat importanti fl-Indja

Il-Prim Ministru Ingliż David Cameron wasal fil-belt Indjana ta’ Mumbai fejn ser ikun qed imexxi waħda mill-ikbar delegazzjonijiet sabiex jinfetħu l-bibien għall-aktar kummerċ bejn iż-żewġ pajjiżi.

Hemm ħafna ansjeta’ marbuta ma’ din iż-żjara minħabba li jeżisti r-riskju li dawn in-negozjati jiġu mtappna b’allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni li qed jduru mal-każ tal-bejgħ ta’ helikopters lill-Indja.

Dan l-istess każ ta’ korruzzjoni wassal għar-riżenja ta’ politiku fl-Italja filwaqt li l-kumpanija Finmeccanica għadha taħt investigazzjoni. Il-Prim Ministru Ingliż diġa’ iltaqa’ mal-Prim Ministru Indjan fejn it-tnejn saħħqu fuq l-importanza li tittejjeb ir-relazzjoni industrijali li teżisti bejn iż-żewġ pajjiżi.

Fost dawk preżenti fid-delegazzjoni Ingliża hemm is-sidien tal-kumpanija Rolls-Royce u l-British Petrolium.