Cambridge Analytica: Zuckerberg se jixhed fl-Istati Uniti

Il-Kap Eżekuttiv ta’ Facebook, Mark Zuckerber se jkun qed jixhed quddiem il-Kumitat tal-Kummerċ fl-Istati Uniti rigward l-użu u l-protezzjoni tal-informazzjoni tal-użanti ta’ Facebook.
Fl-aħħar ġimgħat Facebook ġie kkritikat wara li nstab li l-kumpanija Cambridge Analytica kienet użat l-informazzjoni ta’ madwar 50 milljun użant ta’ Facebook sabiex tiddevja r-riżultat tal-elezzjoni ġenerali fl-Istati Uniti.
Hu se jkun qed jixhed quddiem il-kumitat nhar l-Erbgħa, 11 t’April.
Iċ-ċermen tal-kumitat, Greg Walden u l-membru Frank Pallone, laqgħu d-deċiżjoni ta’ Zuckerberg u qalu li dan is-smigħ se jagħti l-opportunità li tingħata aktar importanza lill-privatezza tal-konsumaturi u l-informazzjoni privata tagħhom, kif ukoll tgħin sabiex il-poplu Amerikan jifhem aktar x’jista’ jiġri mill-informazzjoni tagħha malli din titla’ onlajn.