Calleja jkanta l-innu Ewropew fl-ewwel knisja fil-Belt

Read in English.

It-tenur Malti Joseph Calleja kanta l-Innu Ewropew “Ode to Joy” f’filmat li ġie mniedi apposta għas-Summit tal-Wirt Kulturali Ewropew li qed isir din il-ġimgħa f’Berlin.

Din il-verżjoni mhux tas-soltu kantata bil-Ġermaniż u mbagħad bil-Malti, l- “Innu l-Ferh”, ġiet iffilmjata fil-Knisja storika tal-Madonna tal-Vitorja fil-Belt Valletta. Din hija l-ewwel knisja li nbniet fil-Belt Valletta, li hija l-Belt Ewropea tal-Kultura għal din is-sena.

Il-filmat intwera għall-ewwel darba llum waqt id-dibattitu dwar il-politika ewropea “Naqsmu tal-Wirt – Naqsmu l-Valuri” b’udjenza vasta u ta’ livell għoli li ddiskutew x’għandu jkun lir-rwol futur tal-wirt kulturali fl-Ewropa.

Din hija l-ewwel darba li l-versi ta’ Schiller ġew kantati bil-Malti. Calleja kien ispirat biex ikanta l-Innu l-Ferħ bil-Malti bħala risposta għall-kompetizzjoni #Ode2Joy, li ġiet imnedija minn Europa Nostra. Din l-inizjattiva qed tiċċelebra l-Ewropa u l-wirt komuni tagħna fl-okkażjoni tas-Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali 2018.

F’kummenti wara li kanta dan l-innu, Joseph Calleja stqarr li “l-mużika, flimkien mal-matematika, hija lingwa universali u lingwa li tressaqna kollha flimkien.”

“Ode to Joy” ġiet tradotta fil-Malti minn Membru tal-Kunsillta’ Europa Nostra Dr John Vassallo, eks Ambaxxatur għal Malta fl-Unjoni Ewropea. Ir-restawr emblematiku tal-Knisja storika tal-Madonna tal-Vitturi tlesta reċentament minn Din l-Art Helwa, organizzazzjoni li tifforma wkoll parti minn Europa Nostra.