Ċajta wasslithom il-Qorti

Żewġ żgħażagħ barranin ntbagħtu erba’ xhur ħabs sospiżi għal sentejn kull wieħed wara li ammettew li nhar l-Erbgħa li għadda telgħu abbord katamaran mingħajr permess. 
Iż-żgħażagħ mill-Veneżwela u minn Spanja ta’ 20 sena daħlu f’żona ristretta, qabżu l-linja tal-kontroll u daħlu fil-katamaran.
Huma nqabdu minn membri tal-ekwipaġġ mingħajr dokumenti tal-ivjaġġar u nġibu lura Malta.
Huma qalu li ddispjaċihom u qalu li ħasbu li kienu se jagħmlu ċajta iżda marret ħażin.
Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Josette Demicoli, sabithom ħatja tal-akkużi