Cahill iqis jekk jitlaqx lil Chelsea f’Jannar

Id-difensur Ingliż Gary Cahill, li għadu ma lagħabx minuta waħda f’dan l-istaġun, jixtieq jitlaq lil Chelsea la jerġa’ jiftaħ is-suq tat-trasferimenti f’Jannar.

Il-plejer ta’ 32 sena rebaħ darbtejn il-Premier League Ingliż, l-FA Cup, l-UEFA Champions League u l-Europa League minn mindu ngħaqad ma’ Chelsea f’Jannar 2012. Il-kuntratt attwali tad-difensur se jintemm fi tmiem l-istaġun u bosta timijiet mistennija juru interess fi plejer mogħni b’esperjenza vasta.

Cahill qabbel is-sitwazzjoni tiegħu ma’ dik tal-eks goalkeeper ta’ Chelsea Petr Cech li tħalla jingħaqad mar-rivali Arsenal wara li Thibaut Courtois ħadlu postu.