Cage jitlob għall-annullament wara erbat ijiem żwieġ

L-attur popolari Nicolas Cage ressaq talba uffiċjali sabiex jannulla ż-żwieġ minn ma’ martu erbat ijiem wara li żżewġu. Cage u martu Erika Koike żżewġu fit-23 ta’ Marzu f’Las Vegas.  Fis-27 ta’ Marzu huwa applika sabiex jingħata l-annullament.

Skont it-TMZ, ftit sigħat wara li żżewġu huma dehru jargumentaw f’lukanda f’Las Vegas. Skont xhieda li kienu fuq il-post, Koike dehret tgħajjat ma’ żewġha.

Cage kien miżżewweġ lil Patricia Arquette  mill-1995 sal-2001 u lil Alice Kim mill-2004 sal-2016. Koike kienet miżżewġa wkoll iżda ma hemmx iktar dettalji dwar dan.