Café Prego jagħlaq il-bibien

Photo: Social Channel / Facebook

Read in English.

Wieħed mill-istabbilimenti ikoniċi tal-kafè fil-Belt Valletta ħabbar ;i se jkun qed jagħlaq il-bibien.

Kien permezz tal-paġna Social Channel fuq Facebook li ħarġet l-aħbar li l-familja Bezzina ddeċidw li jagħlqu dan il-ħanut li ilu jopera f’South Street sa mill-1946.

Numru kbir ta’ persuni kitbu fuq Facebook biex ejsprimu s-sogħba tagħhom għal din l-aħbar. Kien hemm min ukoll esprima x-xewqa u t-tama li s-sidien il-ġodda ma jbiddlu xejn mid-decor li għalih huwa magħruf dan l-istess ħanut.

“Se nkun qed nimmissja l-Prego! Ġawhra unika tal-passat u wieħed mill-uniċi rifuġju siguri konsistenti tal-kultura f’pajjiżna” kien jgħid wieħed mill-ħafna messaġġi li nkitbu llum.

Uħud mill-messaġġi fuq il-paġna Social Channel