Caesar Salad

Ingredjenti:

Għall-croutons

Nofs baguette imqatta’ min-nofs u maqtugħ slajsjat fi ħxuna ta’ ċm

3 kuċċarini żejt taż-żebbuġa

2 irjus tat-tewm mgħaffġa ħafna

2 mgħaref ġobon maħkuk

Għad-dressing tas-Caeser Salad

2 irjus tat-tewm mgħaffġa ħafna

2 kuċċarini mustarda

kuċċarina Worcestershire sauce

2 kuċċarini meraq tal-lumi

kuċċarina ħall aħmar

terz ta’ kikkra żejt taż-żebbuġa

nofs kuċċarina melħ

ponta ta’ kuċċarina bżar

Għas-Caeser Salad

Ħassa kbira

50g ġobon Parmiġġjan maħkuk

Metodu

Biex tagħmel il-croutons

Ħallat iż-żejt taż-żebbuġa mat-tewm. Ferrex it-taħlita fuq il-biċċiet tal-ħobż li jkunu fuq tray u fil-wiċċ ferrex il-ġobon maħkuk. Daħħal fil-forn b’temperatura għolja u ħalli jsiru sakemm isiru kuluri dehbi u jqarmċu, madwar 10-12-il minuta.

Biex tagħmel id-dressing tas-Caeser Salad

Ħallat tajjeb ħafna t-tewm, il-mustarda, il-Worcestershire sauce, il-meraq tal-lumi u l-ħall.

Itfa’ ż-żejt taż-żebbuġa ftit ftit ft-taħlita waqt il-tħawwad il-ħin kollu. Fl-aħħar itfa’ l-melħ u l-bżar.

Kif tagħmel is-Caeser Salad

Laħlaħ il-ħadd u qattgħu b’biċċiet. Poġġi f’bieqja kbira u ferrex fuqha l-ġobon Parmiġġjan. Itfa t-taħlita tad-dress u l-croutons u ħawwad bil-mod sakemm il-ħass ikun miksi tajjeb bit-taħlita.

NOTA:

Mas-Caeser Salad, jekk trid, tista’ żżid jew ftit inċova inkella ġellewż imfarrak ftit kbir.