CABS b’ħidma biex tiġbor apparat li jintuża għall-kaċċa tas-summien

F’ħidma bejn il-Committee Against Bird Slaughter (CABS) u membri tal-pulizija mit-taqsima tal-infurzar tal-liġi  (A.L.E.) bdew ineħħu apparat li bihom kaċċaturi jikkaċċjaw is-summien b’mod illegali.
Fi stqarrija l-CABS qalu li l-lejl li għadda neħħew 10 apparati fil-viċinanzi tal-Imtaħleb, Lippija, Mosta, Magħtab, Siġġiewi u Ħad-Dingli.
CABS qalu li s’issa rnexxilhom jiskopru b’40 apparat illegali li jiġbed lejh l-għasafar.
Fl-istqarrija qalu li FKNK u KSU dawru l-istqarrija tal-CABS meta qalu li l-kaċċa fuq għasafar protetti naqset.