CABS b’filmat ta’ pulizija jgħin fil-kaċċa illegali

Il-Kumitat Kontra l-Qtil tal-Għasafar (CABS) allega li mal-kaċċatur li kien arrestat nhar it-Tlieta f’Wied il-Ħanżir, għax inqabad jikkaċja meta l-istaġun jinsab magħluq, kien hemm kuntistabbli tal-Pulizija.
CABS qalet li l-pulizija kien bilqiegħda viċin tal-kaċċatur għal madwar siegħa u kien qiegħed jgħinu jilmaħ l-għasafar.
“Għandha aktar minn siegħa filmat li juri liż-żewġt irġiel flimkien,” saħaq l-Uffiċjal tal-Kommunikazzjoni ta’ CABS.
Il-Kumitat diġà fetaħ rapport kontra l-pulizija għal fatt li kien qed jgħin f’att kriminali li kien fi dmir li jara li ma jseħħx.
“Huwa diġà gravi li ALE mhux qed jingħataw biżżejjed riżorsi biex jikkontrollaw il-kaċċaturi,” qal CABS. “Il-fatt li kollegi tagħhom stess huma involuti f’kaċċa illegali qed jagħmel xogħolhom aktar diffiċli.
CABS qal li dan mhux l-ewwel pulizija li nstab li kien involut f’kaċċa illegali. Fl-istqarrija CABS ikkundannat ukoll l-aġir ta’ uffiċjal tal-Pulizija f’Għawdex li “għajjat b’mod aggressiv” mal-ġurnalist tal-BBC Chris Pacham.
Il-Kumitat innota wkoll li l-ħsejjes ta’ sparar għadu għaddej u żdied minn meta bdiet il-passa tal-gamiem nhar il-Erbgħam minkejja li l-istaġun ilu magħluq aktar minn ġimgħa. Il-Ġimgħa biss CABS qalet li semgħet aktar minn 100 tir fil-kampanja.
Dalgħodu stess CABS qalet li ffilmjat grupp ta’ 5 kaċċaturi, tnejn minnhom lebsin maskla li kienu qed jonsbu għal gamiem viċin it-Torri l-Aħmar fil-Mellieħa.