Bżonn urġenti tad-demm O-Negative

Hemm bżonn urġenti għad-demm tat-tip O-Negative, hekk kif ir-riserva tad-demm hi baxxa ħafna.
Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm qed jappella biex min għandu dan id-demm, kif ukoll tip ieħor ta' demm, biex jagħti d-donazzjoni tiegħu.
L-għoti tad-demm jista’ jsir kuljum fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm fi Gwardamanġa, bejn it-8am u s-6pm.