​Bżonn urġenti għad-demm O positive

Ir-riserva tad-demm O positive mhix kif mixtieqa u hemm bżonn urġenti li titla’ minnufih.
Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm qed jappella biex min jista’ jmur jagħti d-demm illum.
Madanakollu fakkar li l-appell hu indirizzat lil dawk kollha li jgawdu saħħithom.
Is-Servizz iħeġġeġ ukoll għal sewqan bil-galbu u bilgħaqal speċjalment waqt ix-xita, biex jiġu evitati inċidenti li jkomplu jagħmlu s-sitwazzjoni tar-riserva tad-demm iktar diffiċli.
L-għoti tad-demm jista’ jsir kuljum bejn it-8am u s-6pm fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm fi Gwardamanġa.
Barra minn hekk, nhar il-Ħadd 11 ta' Frar, se ssir sessjoni ta' għoti tad-demm fil-bini amministrattiv tal-Kunsill Lokali tal-Imġarr bejn it-8.30am u s-1pm. u t-Tlieta 13 ta' Frar bejn is-1pm u l-5pm fid-Dipartiment tal-Outpatients fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex. 
Aktar dettalji hawn.