Bżonn urġenti għad-demm O-positive

Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm (NSTU) qed japella għal donazzjonijiet tad-demm O positive, hekk kif ir-riserva qiegħda baxxa ħafna.

L-NSTU ddeskriva kif ilbieraħ filgħaxija fl-Isptar Mater Dei, seħħ każ partikolari fejn intuża ħafna demm, tant li r-riżerva tad-demm O positive niżlet drastikament.

Qed jappellaw li donazzjonijiet tad-demm isiru llum stess biex ir-riżerva terġa’ titla’ u b’hekk jinqdew pazjenti oħra li jinsabu jistennew trasfużjoni tad-demm.

L-għoti tad-demm jista’ jsir:
· fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ Gwardamanġa li jiftaħ kuljum mit-8.00am sas-6.00pm;
· fil-Mobile Blood Donation Unit li nhar il-Ħadd 1 ta’ Diċembru mit-8.30am sas-1.00pm se jkun fil-pjazza ta’ quddiem il-knisja parrokkjali ta’ Ħaż-Żebbuġ;
· fil-Berġa tax-Xewkija nhar It-Tlieta 3 ta’ Diċembru se tkun disponibbli għad-donazzjonijiet tad-demm mis-1:00pm sal-5:00pm.

Huwa importanti li wieħed jieħu miegħu l-Karta tal-Identità, jew il-Liċenzja tas-Sewqan jew Passaport Malti, u possibbilment iħajjar lil ħaddieħor jagħti d-demm ukoll.