Bżonn ta’ tribunal tal-abbużi tal-Knisja mhux ir-riżenja tal-Papa – Bannon

Il-Papa Franġisku jitlob għal tiġdid tal-Knisja fl-Irlanda

L-eks-strateġiku politiku tal-President Donald Trump, Steve Bannon sostna li l-Papa Franġisku ma għandux jirreżenja abbażi tal-allegazzjonijiet ta’ abbużi sesswali mill-kleru. Madanakollu, ma’ Reuters qal li kien qed jaħdem b’mod indipendenti sabiex joħloq tribunal mhux partiġġjan biex jinvestiga snin ta’ skandli mill-Knisja fl-Istati Uniti, u sostna li d-djoċesijiet fil-pajjiż se jsofru finanzjarjament tal-aġir tagħhom.

Fil-kumment li kien għadda l-Arċisqof Carlo Maria Vigano fil-konfront tal-Papa Franġisku qal li għandu jirreżenja għax allegatament għatta l-abbużi sesswali ta’ eks-kardinal amerikan. Filwaqt li kien hemm min emmen dawn l-allegazzjonijiet u talab għal investigazzjoni, Bannon ma emminx u sostna li r-riżenja tal-Papa mhix f’posta.

Minflok spjega li għandu jingħaqad tribunal indipendenti li jħares lejn kull aspett tal-iskandli li jidher li aktar kemm jgħaddi ż-żmien aktar qed jinkixfu. Sostna li sakemm dan iseħħ ħadd ma għandu jipprova jiġġudika.