Bżonn ta’ tined madwar Malta għaż-żwiemel – PN

Il-Partit Nazzjonalista (PN) qal li għandu jkun hemm tined mifruxin madwar Malta kif ukoll aċċess għall-ilma biex iż-żwiemel tal-karozzini ma jinħaqrux u ma jkunux esposti għal tbatija u riskju ieħor tas-saħħa.

L-istqarrija tispjega li t-tgħabija massima li kull żiemel jista’ jġorr tkun infurzata mill-awtoritajiet u għandu jkun hemm ftehim bejn is-sidien taż-żwiemel u d-Dipartiment tal-Ħarsien tal-Annimali biex iħares is-saħħa taż-żwiemel.

Il-PN qal li għandhom ikunu kunsidrati rotot ġodda u ħin minimu stabbilit meta ż-żwiemel jistrieħu speċjalment meta x-xemx tkun fl-aqwa tagħha.