​Bżonn ta’ tibdil fir-rati tal-VAT f’Għawdex fix-xitwa – GTA

Iċ-Ċerpersin tal-Assoċjazzjoni Għawdxija tat-Turiżmu (GTA) Paul Scicluna qal li hemm bżonn ta’ tibdil fir-rati tal-VAT fix-xhur tax-xitwa f’Għawdex.
Huwa qal dan waqt laqgħa fi Brussell mal-Membru tal-Parlament Ewropew Francis Zammit Dimech fejn tkellem ukoll dwar l-importanza tat-turiżmu għall-ekonomija tal-gżira Għawdxija. Scicluna stqarr li teżisti biss ftit informazzjoni u statistika speċifikament dwar it-turiżmu f’Għawdex. Qal ukoll li l-istaġjonalità f'Għawdex għadha notevoli u għalhekk permezz ta’ tibdil fir-rati tal-VAT din l-isfida tkun tista’ tingħeleb.
Ir-rappreżentant għall-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija (GBC) Michael Galea tkellem dwar numru ta’ fatturi soċjo-ekonomiċi li għandhom impatt fuq in-negozju f’Għawdex. Dan bħall-popolazzjoni li qed tikber fl-età minħabba li ż-żgħażagħ mhumiex qed joqogħdu jew jirritornaw f'Għawdex wara l-istudji tagħhom. Huwa rrimarka li hemm bżonn ta' aktar investiment fit-trasport u l-konnettività.
Il-MPE Zammit Dimech qal liProdutturi ġenwini mill-gżira Għawdxija jiffurmaw parti integrali mill-fattur pożittiv li Għawdex għandu x’joffri u jixirqilhom aktar sapport.” Zammit Dimech enfasizza wkoll fuq il-prinċipju Ewropew tas-sussidjarjetà u l-ħtieġa li l-affarijiet reġjonali jiġu deċiżi f’Għawdex.