Bżonn ta’ seminar konsultattiv dwar l-iżvilupp fin-nofsinhar tal-pajjiż

Iċ-ċermen tal-Kunsill Konsultattiv għan-nofsinhar ta’ Malta Silvio Parnis qal li hemm bżonn li jkun organizzat seminar konsultattiv dwar l-iżvilupp sostenibli fin-nofsinhar tal-pajjiż.
Dan bil-għan li l-iżviluppaturi, l-ambjentalisti, il-Kunsilli Lokali u l-istakeholders jiġu flimkien u jiddiskutu dan is-suġġett.
Silvio Parnis qal dan waqt laqgħa li kellu mal-Malta Developers Association (MDA) li matulha fakkar kif il-Kunsill Konsultattiv japprezza l-ħtieġa ta’ aktar investiment sostenibli fin-nofsinhar ta’ Malta.
Iċ-ċermen fakkar dwar il-proposta ta’ “Tisbieh u ħolqien ta’ fronti ġodda” li l-għan tagħha huwa r-riġenerazzjoni tan-nofsinhar.