“Bżonn ta’ sapport ekonomiku għan-negozji fl-UE” – Chamber of SMEs

REUTERS

Il-Kamra tal-Kummerċ għan-negozji żgħar u medji sostniet li hemm bżonn sapport ekonomiku għan-negozji fl-Unjoni Ewropea minħabba l-pandemija tal-coronavirus.

Fi stqarrija, il-Kamra sostniet li l-ewwel priorità għall-pajjiż għandu jkun is-saħħa pubblika. Qalet li minkejja dan, id-dannu għan-negozji hemm bżonn li jiġi limitat. Il-Kamra kkonfermat li l-virus diġà beda jħalli impatti kbar fuq in-negozji. Qalet li l-impatt ivarja skont is-settur.

Għaldaqstant, il-Kamra talbet lill-gvern biex jagħti s-sapport tiegħu lill-intrapriżi sabiex jevita milli jkun hemm negozji li jkollhom jgħalqu u persuni li jitilfu xogħolhom minħabba din il-pandemija. Qalet ukoll li l-impatt li qed ikollu l-virus fuq l-industrija tat-turiżmu mistenni jibqa’ jinħass l-effet tiegħu għal żmien twil u ħafna negozji jistgħu jispiċċaw vittma tiegħu.

Intant, il-Kamra qalet li se tkun qed tagħmel moniteraġġ tas-sitwazzjoni u toħroġ analiżi kull ġimgħa. Qalet li dawn ir-rapporti mbagħad se jiġu mgħoddija lill-gvern bħala sapport għax-xenarju li qed ikompli jiżviluppa.

“In-negozji għandhom bżonn l-assistenza f’dawn iċ-ċirkustanzi straordinarji”

Waqt laqgħa mal-Prim Ministru, il-Kamra tal-Kummerċ tkellmet dwar dak li qed jinkwieta lin-negozji minħabba COVID-2019.

Il-Kamra tal-Kummerċ qalet li s-saħħa nazzjonali għandha tibqa’ prijorità. Sostniet li hemm bżonn li n-negozji jingħataw l-assistenza f’dawn iċ-ċirkustansi straordinarji. Il-Kamra tal-Kummerċ ħeġġet lill-Gvern sabiex jassigura miżuri ta’ assistenza għan-negozji li jgħinuhom fil-problemi li jistgħu jaffaċċjaw fl-operat tagħhom ta’ kuljum.

Ir-rappreżentant tal-Prim Ministru, li kien il-Ministru għall-Ekonomija Silvio Schmebri li qal li l-Gvern kien qed jikkunsidra l-proposti tagħhom serjament.

“Il-konsegwenzi fuq l-ekonomija Maltija ma jistgħux jiġu injorati”

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Bankiera qalet li l-konsegwenzi fuq l-ekonomija Maltija ma jistgħux jiġu injorati. Semmiet kif is-setturi tal-ospitalità u l-industriji l-aktar li jinsabu f’riskju hekk kif dawn huma l-aktar li jintlaqtu mill-movimenti fit-turiżmu.

L-Assoċjazzjoni infurmat lill-pubbliku li l-banek membri tagħha qed jevalwaw is-sitwazzjoni b’mod attiv f’dawn is-setturi. Hi rċeviet l-assigurazzjoni tal-banek membri tagħha li lesti jimpenjaw ruħhom ma’ dawk is-setturi u l-klijenti biex jiddeterminaw jekk hemmx miżuri ta’ appiġġ applikabbli u li jistħoqqilhom fiċ-ċirkostanzi partikolari tagħhom. Dan isir mill-banek individwali skont is-sitwazzjoni speċifika ppreżentata mill-klijenti lill-bank rispettiv li mbagħad jiddetermina skont il-każ.