Bżonn ta’ regolamenti imposti fuq persuni li jħarrġu l-klieb – MSPCA

Kelba allegatament tispiċċa fil-periklu tal-mewt wara tmint ijiem f'idejn trainer

Il-Malta Society for the Protection and Care of Animals (MSPCA) sostniet li hawn bżonn kbir ta’ regolamenti li jkunu impost fuq persuni li jħarrġu l-klieb (dog trainers u dog behaviourists).

Dan qalitu fid-dawl ta’ storja li ħarġet fil-midja fejn mara allegat li l-persuna li kienet qed tħallas biex tħarreġ il-ġeru tagħha tar-razza Labrador, wasslet sabiex il-ġeru jispiċċa f’kundizzjoni kritika ħafna f’perjodu ta’ tmint ijiem. It-tfajla rrakkuntat l-esperjenza xokkanti tagħha u allegat li fi żmien tmint ijiem, il-kelba li jisimha Sky spiċċat fil-periklu tal-mewt. Irrimarkat li meta ħaduha d-dar, sabu li kienet mimlija gdim ta’ insetti nfettati u ntliet kollha briegħed. Qalet ukoll li kien evideti li l-kelba kienet ingidmet ukoll minn klieb oħrajn.

It-tfajla allegat li dan it-trainer ried bilfors li lill-kelba jitmagħha ikel nej, minkejja li l-familja tagħha qaltlu li ma tridx li dan isir. Spjegat li meta mbagħad ħadet lill-kelba għand veterinarju, saru jafu li hi kellha parrassita li jiġi mill-ikel nej. Dan kollu ġara minkejja li l-kelba kienet imlaqqma b’mod komplut qabel ma’ din ittieħdet għat-taħriġ.

I’m not one to name and shame but when it comes to my dog it’s different. I spoke to friends who recommended a trainer…

Posted by Meagan Abela on Wednesday, August 12, 2020

L-MSPCA qalet li l-istorja ta’ din il-ġeru tefgħet dawl fuq il-bżonn kbir li jkun hawn irregolar strett ta’ trainers u behaviourists tal-klieb. Dan sabiex tal-inqas, dawn il-persuni, jżommu standards minimi. Qalet li huwa neċessarju li dawn il-persuni jkollhom provi ta’ kwalifikazzjonijiet professjonali u li qed ikomplu jitħarrġu kontinwament dwar il-professjoni. Qalet li dawn għandhom jippreservaw u jirrispettaw il-ħames bżonnijiet għas-saħħa tal-annimali. Sostniet li b’dan il-mod anke jkunu protetti d-drittijiet tas-sidien tal-annimali u b’hekk id-drittijiet tal-konsumatur.

L-Assoċjazzjoni rrimarkat li bħalissa m’hemm l-ebda leġiżlazzjoni li tipprevjeni lil xi ħadd milli jgħid li hu trainer jew behaviourist. B’hekk dak li jkun jista’ jitlob ħlas għas-servizz tiegħu, li mhux kwalifikat biex jagħti, lil persuni li forsi ma jissuspettawx li dan mhux kwalifikat.

Kompliet billi spjegat kif l-MSPCA kemm-il darba spiċċat taffaċċja sidien tal-annimali li jieħdu xi kelb jew annimal ieħor l-MSPCA għax meta ppruvaw jużaw servizzi tat-tip, dawn fallew. Qalet li kien hawn sidien li spiċċaw anke rrikkorrew online jew segwew programmi televiżivi biex forsi jirregolaw l-aġir tal-pets tagħhom.

Qalet li n-nuqqas ta’ kwalità minħabba li m’hemmx regolarizzar tal-professjoni qed joħolqu konsegwenzi koroh fejn il-konsumaturi jispiċċaw iħallsu ħafna flus lil xi ħadd mhux ikkwalifikat, l-annimali jispiċċaw isofru minn maltrattament, bil-konsegwenza li l-aġir tagħhom, minflok jittejjeb jiggrava aktar. Spjegat li dan kollu jwassal għal aktar każi fejn il-klieb jigdmu u konsegwenza ta’ dan jispiċċaw abbandunati. L-abbandun ta’ dawn l-annimali jiswa wkoll flus lill-pajjiż.

L-MSPCA qalet li din mhix l-ewwel darba li talbet għal regolarizzar tal-professjoni. Sostniet li dan ir-regolarizzar ta’ professjoni serva tajjeb ħafna fi professjonijiet oħrajn, inkluż fil-mod kif jinżamm xelter tal-annimali, il-boarding kennels u l-groomers.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn