Bżonn ta’ iktar infurzar f’Wied il-Għajn – AD

Il-kandidat għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali għal-Wied il-Għajn f’isem l-Alternattiva Demokratika Daniel Desira qal li hemm bżonn iktar infurzar. Huwa kien qed jitkellem waqt konferenza tal-aħbarijiet f’Wied il-Għajn.

Desira semma kif in-nuqqas ta’ infurzar f’Wied il-Għajn tidher f’diversi modi fosthom il-bżonn li l-fishfarms ikunu iktar ‘il barra sabiex ma jdejqux ir-residenti bl-irwejjaħ tagħhom kif ukoll l-impant ta’ Sant Antnin li l-awtoritajiet m’għandhomx jistennew seba’ snin biex dan jingħalaq.

Desira qal li l-Alternattiva Demokratika kienet minn tal-ewwel li qalet li l-uffiċini tal-Kunsill Lokali ta’ Wied il-Għajn m’għandhomx jinbnew fi Ġnien Sant’ Anna iżda għandu jinstab post ieħor għalihom.

Iċ-Chairperson tal-Alternattiva Demokratika Carmel Cacopardo qal li r-residenti ta’ Wied il-Għajn jeħtieġu protezzjoni mill-impatt tal-iżvilupp esaġerat.