Bżonn ta’ demm O positive

Is-Servizz Nazzjonali tat-Transfużjoni tad-Demm ħabbar li hemm domanda kbira għad-demm tat-tip O positive.

Illum fuq Facebook l-NBTS ħabbar li kien hemm bżonn 79 borża demm għall-isptar Mater Dei.

Il-bżonn tad-demm tat-tip O positive għadu kbir.Illum ninħtieġu 79 borża biex ngħadduhom lill-Isptar Mater Dei kemm…

Posted by National Blood Transfusion Service – Malta on Sunday, August 9, 2020

Bdejna x-xahar sħun t’Awwissu, u għalkemm b’mod ġenerali din is-sena s-sħana mhix daqshekk qalila, xorta wieħed irid joqgħod attent u jipprepara ruħu sew minn qabel jersaq biex jagħti d-demm.