Bżonn ta’ aktar demm wara l-inċident f’Burmarrad

Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm qed jappella għal darb’oħra sabiex min jista’ jagħti d-demm jagħmel dan mill-iktar fis.
Dan wara l-inċident tat-traffiku li seħħ ilbieraħ fi Triq Burmarrad fil-Mosta.
F’messaġġ fuq Facebook, is-Servizz saħaq li minkejja l-appelli frekwenti li saru f’dawn l-aħħar ġimgħat, xorta waħda mhux qed ikun hemm biżżejjed donaturi biex ilaħħqu mad-domanda, speċjalment fejn jidħlu t-tip O Positive u A Positive.
Jekk tixtieq tagħti d-demm tista’ tagħmel dan mit-Tnejn sal-Ħadd bejn it-8am u s-6pm fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm. Trid tieħu miegħek il-karta tal-identità jew il-liċenzja tas-sewqan.