​Bżonn ta’ aktar ċarezza dwar l-Iskola Medika f’Għawdex – PN

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil appella għal aktar ċarezza mill-Gvern dwar il-proġett tal-Iskola Medika proposta għal Għawdex.
Waqt iż-żjara tiegħu fil-Gozo Week fuq il-Kampus tal-Università, Busuttil qal li l-PN jappoġġja bis-sħiħ it-talba tal-Grupp Universitarji Għawdxin (GUG) li l-Università tagħmel użu aħjar mill-media conferencing f’Għawdex.
Fakkar kif il-Partit Nazzjonalista fil-Gvern kien nieda inizjattiva biex l-istudenti Għawdxin li jistudjaw f’Malta jkunu jistgħu jagħmlu l-eżamijiet tagħhom f’Għawdex stess.  Żied jgħid li hu pożittiv li l-Gvern qed ikompli b’din l-inizjattiva u issa 83% qed jingħataw din l-opportunità.
Busutill kien akkumpanjat mill-Kelliem għall-Edukazzjoni Joe Cassar, mis-Segretarju Ġenerali Chris Said u mill-kandidati tal-Partit Nazzjonalista għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew Kevin Cutajar, Kevin Plumpton u Jonathan Shaw.