Bżonn ta’ 63 borża demm O positive

Is-Servizz Nazzjonali tat-Transfużjoni tad-Demm ħabbar li l-Bank tad-Demm tal-Isptar Mater Dei talabhom biex jissupplixxuh malajr kemm jista’ jkun b’63 borza demm O positive.

Filwaqt li l-pubbliku hu mħeġġeġ biex ixerred dan l-appell, infakkrukom is-Servizz Nazzjonali tat-Transfużjoni tad-Demm fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ Gwardamanġa jiftaħ kuljum 7 ijiem fil-ġimgħa mit-8:00am sas-6:00pm.  

Dalgħodu l-Bank tad-Demm tal-Isptar Mater Dei reġa' talabna biex nixxupplixxuh malajr kemm jista' jkun b'6️⃣3️⃣borża…

Posted by National Blood Transfusion Service – Malta on Wednesday, November 25, 2020

Noti importanti!

Meħtieġ li wieħed iġib il-Karta tal-Identità, jew il-Liċenzja tas-Sewqan jew Passaport Malti, u possibbilment iħajjar lil ħaddieħor jagħti d-demm ukoll.

Kull min ser jersaq biex jagħmel it-test, jew qed jistenna r-riżultat tal-coronavirus ma jkunx jista’ jitħalla jagħti demm għal perjodu temporanju.