Bżonn qabża kbira fil-kwalità tal-kostruzzjoni – Perit

Facebook - The Malta Chamber of Commerce, Enterprise and Industry

Read in English.

Hemm bżonn li l-industrija tal-kostruzzjoni tagħmel qabża kbira (“quantum leap”) fil-kwalità u mhux tiffoka biss fuq in-numri, skont il-Perit David Xuereb.

Xuereb, li huwa l-President tal-Kamra Maltija għall-Kummerċ (MCCEI), qal dan waqt diskussjoni f’konferenza dwar il-kostruzzjoni organizzata minn Property Malta.

Xuereb qal li l-industrija tista’ ssir aktar kredibbli fl-ekonomija b’dan il-mod biss. Qal li mhemmx dubju li din l-industrija hija importanti għall-ekonomija.

Appella lill-politiċi u lir-regolaturi biex jħarsu lejn l-istampa l-kbira u jiddeterminaw il-policies li se jiddefenixxu l-ambjent, it-toroq, l-infrastruttura, u l-kwalità tal-ħajja.