Bżonn politika dwar saħħa mentali f’kull post tax-xogħol – PN

Il-Partit Nazzjonalista (PN) qed jipproponi li jkun hemm politika dwar is-saħħa mentali f’kull post tax-xogħol biex persuni bi problemi ta’ saħħa mentali jingħataw l-għajnuna kmieni.

Fi stqarrija, il-PN qal li ħabbar 18-il proposta dwar il-kura tas-saħħa mentali f’Malta waqt konferenza tal-aħbarijiet. Il-konferenza tal-aħbarijiet kienet indirizzata mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar is-Saħħa Mentali Mario Galea u l-kandidati għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew Frank Psaila u David Stellini.

Galea qal li l-maġġoranza ta’ dawk il-persuni li jbatu minn problemi ta’ saħħa mentali ma jieħdux il-kura għaliha. Mario Galea qal ukoll li huwa stmat li sa sentejn oħra, l-mard mentali se jkun aktar komuni fost il-Maltin mill-mard tal-qalb.

Frank Psaila qal li l-PN mill-Oppożizzjoni wkoll qed ikun proattiv u jressaq proposti konkreti lill-gvern fis-saħħa mentali.

David Stellini qal li l-MEPs li se jiġu eletti għall-PN jinsabu impenjati li jaħdmu fuq il-proposti kollha dwar is-saħħa fil-manifest elettorali.

Il-proposti tal-PN:

i. Fid-dawl tal-fatt li diversi professjonisti telqu mill-qasam tas-saħħa mentali, għandhom jiġu impjegati numru ta’ professjonisti bħala psikologi, social workers u psikoterapisti.
ii. Jiżdiedu r-riżorsi tal-Uffiċċju tal-Kummissarju għas-Saħħa Mentali li għandu rwol importanti biex jassigura li l-Liġi tas-Saħħa Mentali qed titħaddem kif suppost.
iii. Jiżdiedu s-sodod psikjatriċi fl-Isptar Mater Dei permezz ta’ bini ta’ swali ġodda fil-foot print ta Mater Dei.
iv. Jinbena unit għat-tfal u l-addoloxxenti bi problemi ta’ saħħa mentali bl-aħħar teknoloġija medika li m’għandux ikun fl-Isptar Monte Karmeli.
v. Tiżdied il-kurà tas-Saħħa Mentali fil-komunità. Dan jgħin biex nies bi problemi ta’ Saħħa Mentali jsibu aktar il-kura li ghandhom bzonn .
vi. Jinfetħu aktar kliniċi u day centres għall-persuni bi problemi ta’ saħħa mentali.
vii. Ghandha issir Strategija Nazzjonali għall-prevenzjoni tas-suwicidju u dan kif qed titlob l-Unjoni Ewropea
viii. Issir diskussjoni matura u responsabbli dwar kif jistgħu ikunu prevenuti s-suwiċidji.
ix. Jerġa’ jitwaqqaf il-Crisis Intervention Team b’tim multi dixxiplinarju li jaħdem 24 siegħa kuljum li gie zarmat minn dan il-gvern.
x. Isir support line għall-pazjenti li jkunu qed jikkunsidraw li jagħmlu suwiċidju.
xi. Issir Zero Tollerance Campaign dwar l-istigma tal-mard mentali.
xii. Isiru kampanji ta’ edukazzjoni fl-iskejjel dwar is-saħħa mentali.
xiii. Jitwaqqaf unit iffukat li jagħti appoġġ u għajnuna lill-qraba ta’ pazjenti bi problemi ta’ saħħa mentali.
xiv. Ikun hemm politika dwar is-saħħa mentali f’kull post tax-xogħol biex persuni bi problemi ta’ saħħa mentali jingħataw l-għajnuna minn kmieni.
xv. Issir kampanja ta’ prevenzjoni dwar kif jista’ jiġi evitat mard mentali.
xvi. Isir screening fl-iskejjel biex jiġu identifikati persuni b’sinjali ta’ problemi ta’ saħħa mentali, biex dawn jingħataw il-kura mill-ewwel.
xvii. Kull Kunsill Lokali jkollu Kunsillier responsabbli mill-ħidma ma’ problemi ta’ saħħa mentali.
xviii. Ikun assigurat li jkun hemm support housing b’xejn għal persuni bi problemi ta’ saħħa mentali.

Il-proposi ewlenin jirriżultaw mill-istrateġija nazzjonali – Il-Gvern

Fi stqarrija, il-Ministeru għas-Saħħa qal li l-proposti ewlenin tal-PN jirriżultaw mill-Istrateġija Nazzjonali dwar dan il-qasam  li l-Gvern nieda għall-konsultazzjoni pubblika f’Ottubru li għadda.

Il-Gvern qal li jemmen bis-sħiħ li ħafna mill-kura għandha tingħata barra mill-isptar u huwa għalhekk li, fost affarijiet oħra, iċ-ċentri tas-saħħa se jkunu qegħdin joffru servizzi għall-kura tas-saħħa mentali.

Il-Ministeru għas-Saħħa qal li huwa l-Gvern preżenti li ħareġ bil-pjan li jkun hawn sptar ġdid għall-kura akuta tas-saħħa mentali u li dan se jkun qrib l-Isptar Mater Dei bl-għan speċifiku li titnaqqas kemm jista’ jkun l-isfortuna tal-istigma li jingħata l-mard mentali.

Kemm nefaq Peter Agius għall-kampanja tiegħu?

Il-Kandidat tal-PN għall-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew Peter Agius qal li s’issa l-kampanja elettorali swiet madwar €26,500. Qal li rċieva €3,600 f’donazzjonijiet ta’ bejn €7 u €10 minn 36 attività organizzata mit-tim tiegħu.

Il-liġi tipprevedi li niddikjaraw kemm infaqna fil-kampanja wara l-elezzjoni. Nemmen iżda li biex nagħżlu persuna…

Posted by Peter Agius on Monday, May 13, 2019