Bżonn Ombudsman għat-tfal – PD

Il-Partit Demokratiku (PD) qal li hemm bżonn li jkun hemm Ombudsman għat-tfal.

Fi stqarrija, il-PD qal li wasal iż-żmien li t-tfal jingħataw l-aħjar servizzi ta’ fostering, adozzjoni, u care orders. Qal li l-Att tal-Protezzjoni tal-Minuri, li jinsab fit-tieni qari fil-Parlament, huwa pass fid-direzzjoni t-tajba.

Qabel kien hemm indħil politiku fil-Care Orders, issa le – Bedingfield

Il-kandidat tal-PD għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew Anthony Buttigieg qal li dan il-grupp ta’ tfal huma f’riskju għax ġejjin minn familji li ma jiffunzjonawx sew u li għandu jkollhom id-drittijiet umani tagħhom mħarsa.

Il-Kap tal-PD Godfrey Farrugia qal li Ombudsman għat-Tfal joffri serħan il-moħħ. Spjega li jista’ jagħmel parti mill-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal jew inkella jkun fi ħdan l-uffiċċju tal-Ombudsman.