“Bżonn li nagħmlu użu tal-enerġija mix-xemx, mir-riħ u mill-mewġ” – Cacopardo

RItratt: Gordon Watson

Iċ-Ċerpersin tal-Alternattiva Demokratika Carmel Caccopardo sostna li filwaqt li l-bidla għall-enerġija mill-gass kien pass tajjeb, hemm bżonn naħsbu għall-użu ta’ enerġija rinovabbli, partikolarment mix-xemx, mir-riħ u mill-mewġ.

Dan qalu want li indirizza l-midja wara attività dwar il-bidla fil-klima organizzata minn Alternattiva Demokratika Żgħażagħ fid-daħla tal-Belt Valletta. Cacopardo semma kif dawn it-teknoloġiji jwasslu għal tipi ta’ xogħol sostenibbli u fl-istess ħin jikkontribwixxu lejn kwalità ta’ ħajja aħjar għal kulħadd.

Cacopardo għamel referenza għall-mina ta’ Għawdex fejn sostna li din hija essenzjalment mina għall-karozzi u mhux għan-nies. Insista li huwa stmat li fi 15-il sena, l-ammont ta’ karozzi li se jaqsmu l-fliegu se jiżdied minn 3,000 għal 9,000 karozza.

Min-naħa tagħha, Mina Tolu, il-kandidat għall-Parlament Ewropew spjegat it-talbiet li tħejjew mill-Alternattiva Demokratika Żgħażagħ. Fosthom li hemm bżonn ta’ investiment sabiex l-enerġija li tintuża, tintuża b’mod effiċjenti, biex issir tranżizzjoni lejn ekonomija sostenibbli u enerġija kompletament nadifa u wkoll investiment f’teknoloġiji li jtejbu l-kwalita’ tal-ħajja tal-bniedem u jiġġieldu t-tibdil fil-klima.