“Bżonn li jitqassmu labar b’xejn lit-tfal dijabetiċi” – Zammit Dimech

Read in English.

L-Ewroparlamentari Francis Zammit Dimech sostna li ladarba l-Gvern għadu ma pprovdiex il-Continuous Glucose Monitors (CGMs) lid-dijabetiċi tal-ewwel tip, b’mod speċjali lit-tfal, għandu jqassam il-labar ta’ 4mm b’xejn.

Fi stqarrija insista li dan il-pass se jkun qed jassigura li t-tfal, jitnaqqsilhom ftit mill-uġiegħ hekk kif ikollhom jagħtu d-demm numru ta’ drabi kuljum.

Dan qalu wara li bagħat ittra lid-Deputat Prim Ministru Chris Fearne, it-tieni ittra fi żmien tliet xhur.

Sostna li bosta ġenituri kkuntattjawh jgħidu li l-labar imqassma b’xejn mill-Gvern huma ta’ 6mm, li huma wisq kbar għat-tfal.

Irrimarka li minkejja l-wiegħda tal-Gven, il-monitors għadhom mhux aċċessibli b’xejn tant li min għandu bżonnhom u għandu biżżejjed flus ikollu jixtrihom.

“Mhux se nieqaf nagħmel pressjoni fuq il-Gvern sabiex nassigura li l-monitors li huma kruċjali għall-pazjenti jkunu faċilment aċċessibbli minn dawk li għandhom bżonnhom.”