Bżonn kbir tad-demm O Positive u O Negative

Bħalissa hemm nuqqas kbir ta’ demm O Positive u O Negative.
Din it-talba qed issir mis-Servizz Nazzjonali tat-Tranfużjoni tad-Demm.
Is-Servizz jikkassifika dawn iż-żewġ tipi ta’ demm bħala tnejn mill-iktar meħtieġa, hekk kif meta r-riserva tagħhom titbaxxa tinħoloq problema għal dawk il-pazjenti li għandhom dawn it-tipi ta’ demm.
Nies li għandhom id-demm O Positive, u b’mod iktar speċjali, O Negative ma hemmx gruppi oħra tad-demm li huma kompatibbli ma’ tagħhom.
Is-Servizz jisħaq li minħabba l-fatt li r-riserva hi baxxa u huma biss 5% tal-popolazzjoni li għandhom id-demm tat-tip O Negative, l-appell tiegħu, huwa miftuħ beraħ, b’mod speċjali għal nies li qatt ma resqu biex jagħtu d-demm.
Jekk tixtieq tagħti d-demm fil-jiem li ġejjin, tista’ tagħmel dan f’dawn il-postijiet:

  • Fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ Gwardamanġa: kuljum mit-8am sas-6pm.
  • Fl-Istudios ta’ Radio 101 fil-Ħamrun: is-Sibt u l-Ħadd li ġej bejn it-8:30am u s-1pm.
  • Fid-Dipartiment tal-Outpatients fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex: il-Ħadd li ġej bejn it-8am u s-1pm. 

Importanti li tieħu miegħek il-karta tal-identità, il-liċenzja tas-sewqan jew passaport Malti.