Bżonn il-fondi sabiex jiġi restawrat l-oratorju tal-Madonna tal-Karmnu

L-Arċikonfraternità tal-Madonna tal-Karmnu se tirrestawra l-oratorju tal-Madonna tal-Karmnu.
Sabiex jiġi restawrat l-oratorju u jkun jista’ jiżamm hemm bżonn €100,000.
Għal dan il-għan l-Arċikonfraternità se ttella’ t-tieni kunċert tagħha għada fil-Katidral tal-Anglikani fit-8pm.
Fih se jieħdu sehem il-kor Clare College Cambridge, is-sopran Hannah Bonnici u l-organist Matthew Jorysz.
Matthew Jorysz se jagħti żewġ kunċerti oħra. L-ewwel wieħed se jsir nhar il-Ħamis 14 ta’ Lulju fis-1pm fil-Katidral tal-Anglikani u l-ieħor se jsir lejlet is-Solenità tal-Madonna tal-Karmnu, fil-15 ta’ Lulju, fil-Katidral ta’ San Ġwann, fil-5:30pm.
L-Arċikonfraternità tal-Madonna tal-Karmnu twaqqfet fl-1622.
L-oratorju preżenti ngħata lill-Arċikonfraternità fl-1896, meta l-patrijiet kienu tawhom parti mill-Kunvent biex jagħmlu l-oratorju. Dan wara li l-Arċikonfraternità kienet tat l-oratorju tagħha lill-Knisja biex tkabbar il-kor, wara li fit-13 ta’ Mejju 1895, il-Knisja ġiet mgħollija għall-grad ta’ Bażilika Minuri mill-Papa Ljun XIII.