Read in English.
Il-Kamra tal-Kummerċ qalet li n-negozji membri tagħha għandhom jaċċertaw l-ogħla livelli ta’ governanza tajba fi ħdan l-organizazzjonijiet tagħhom.
Fi stqarrija l-Kamra qalet li bl-istess mod li bih kienet qed tħeġġeġ lill-Gvern biex jissalvagwardja r-reputazzjoni ta’ Malta qed tagħmel dan ukoll mal-membri tagħha.
Il-President tal-Kamra l-Perit David Xuereb qal li pajjiż ma jistax jesperjenza tkabbir ekonomiku mingħajr governanza tajba. Hu qal dan waqt webinar li ttella’ mill-Kamra. Dan kien dwar il-governanza tajba f’kull livell tas-soċjetà.
Xuereb fakkar kif Malta spiċċat fi kriżi politika f’Diċembru li għadda. Qal li l-Kamra kienet għamlet għadd ta’ suġġerimenti dwar x’għandu jinbidel.
Il-webinar ġie indirizzat mill-konsulent ta’ Get Governanz Terrence Norris, il-Kap Eżekuttiv ta’ Tomobox, u mill-Ministru għall-Governanza Edward Zammit Lewis.