Bżonn deċiżjonijiet iebsa fil-baġit li jmiss – Aaron Farrugia

Ritratt: DOI

Is-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali Aaron Farrugia, qal li fil-baġit li jmiss iridu jittieħdu deċiżjonijiet iebsa u importanti.

Waqt laqgħa tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD), huwa sejjaħ għall-appoġġ tal-imsieħba soċjali.

Il-Ministru għall-Affarijiet Ewropej Helena Dalli qalet li huwa importanti li t-tkabbir ekonomiku jkun sostenibbli.

Min-naħa tiegħu l-ekonomista Dr Gordon Cordina spjega kif f’dan l-istadju Malta trid taħdem biex it-tkabbir ekonomiku ma jkunx biss sostenibbli iżda kostanti wkoll.