​“Bżonn ċertezza li pazjenti bil-kanċer jingħataw trattament tajjeb fl-aħjar żmien” – Mizzi

L-Ewroparlamentari Laburista Marlene Mizzi saħqet dwar il-ħtieġa li jkun assigurat li l-persuna t-tajba tirċievi t-trattament it-tajjeb fl-aħjar żmien.
Mizzi, flimkien mal-Koalizzjoni ta’ Pazjenti tal-Kanċer Ewropej, organizzat konferenza fil-Parlament Ewropew dwar l-aċċess u l-għarfien tal-ittestjar tal-kanċer ġenetiku u tipi oħrajn ta’ bijomarkaturi li jistgħu jgħinu biex tiġi identifikata d-dgħufija ta’ tipi differenti ta’ kanċer.
Fi stqarrija, Marlene Mizzi qalet li l-qofol tad-diskussjoni kienet biex il-mediċina preċiża fit-trattament tal-kanċer issir realtà madwar l-Ewropa.
Irreferiet għall-aktar statistika riċenti, li turi li fl-2014, kważi 1.3 miljun persuna mietu bil-kanċer fl-UE.