Bżar Aħdar Mimli

Riċetta ta' Karmen Tedesco
Temperatura tal-forn : 180C, 350F, Gas Mark 4
Ingredjenti:

  • 4 bżariet ħodor
  • 8 slajsis tadam
  • 6 sinniet tewm
  • Ftit merqtux
  • 3 faqqiħat kbar
  • Mgħarfa żejt taż-żebbuġa
  • 8 żebbuġiet ħodor jew suwed

Metodu:
1.     Aqsam kull bżaru fi tnejn u aqta iż-żerriegħa minn mal-ġenb.
2.     Neħħi l-għadam taż-żebbuġ jekk ikun mingħajr għadma.
3.     Isħaq it-tewm.
4.     Ġo kull nofs bżaru poġġi slajs tadam, ftit tewm, slajs faqqiegħ, ftit merqtux u ftit żebbuġ imqatta‘.
5.     Fuq il-wiċċ ferrex ftit żejt
6.     Poġġi n-nofsijiet tal-bżar aħdar fid-dixx u aħmi għal 40 minuta

Segwi aktar riċetti fuq il-programm Insellimlek ma' Sonia Young fuq RTK