Ingredjenti
6 bżar aħdar
450g ikkapuljat taċ-ċanga
45g basal imqatta’
8 tadamiet kbar imqattgħa
1 kuċċarina Worcestershire sauce
60g ross
nofs tazza ilma
130g ġobon Cheddar
melħ u bżar
4 tazzi brodu taċ-ċanga (tista’ tuża d-dadi taċ-ċanga)
Metodu
Aqta’ l-kappell tal-bżar u naddfu minn ġewwa. Għallih għal 5 minuti. Neħħih mill-ilma tat-togħlija u roxx ftit bżar u melħfil-qiegħ. Ħalli f’ġenb.
F’taġen kbir aqli l-ikkapuljat mal-basal għal 5 minuti sakemm il-laħam isir kannella. Roxx il-melħ u l-bżar, żid 5 tadamiet, ir-ross, l-ilma u l-Worcestershire sauce. Għatti t-taġen u sajjar fuq nar bati sakemm tara li r-ross ikun sar u rtab. Neħħi minn fuq in-nar u żid il-ġobon u ħawwad.
Saħħan il-forn għal 175˚Ċ (350˚F).
Ħu t-3 tadamiet imqatta’ li fadal u ifrixhon fil-qiegħ tad-dixx tal-forn li se ssajjar fih.
Imla l-bżar bit-taħlita tal-laħam u poġġi fid-dixx bil-parti miftuħa ’l fuq. Ferragħ l-brodu fid-dixx u sajjar fil-forn mgħotti b’għatu għal madwar 30 minuta sakemm tara li l-ġobon ikun dab.