Riċetta u ritratt: Tanya Zammit
Ingredjenti
2 bżar aħdar
1 basla.
2 rjus tat-tewm mgħaffġa
2 tadamiet
2 mgħaref żebbuġ
2 mgħaref kappar.
1 landa kbira tonn taż-żejt
75g ross.
2 mgħaref ġobon tal-ħakk
Metodu
Aqsam il-bżar aħdar min-nofs u neħħi ż-żerriegħa.
Għalli r-ross
Aqli l-basal imqatta’ u żid it-tewm mgħaffeġ, it-tadam imqatta’, il-kappar, iż-żebbuġ u t-tonn taż-żejt.
Saffi r-ross u żidu mat-taħlita tat-tonn taż-żejt.
Imla l-bżar bit-taħlita u roxx il-ġobon maħkuk fil-wiċċ.
Poġġi l-bżar f’dixx li jkun fih fit ilma li jiksi l-qiegħ tad-dixx.
Aħmi f’forn f’temperatura 140˚Ċ għal 40 minuta.