“Bżajt ħafna” – Scotti jfiq mill-coronavirus

Gerry Scotti

Il-preżentatur popolari Taljan Gerry Scotti jumejn ilu mar lura dar wara perjodu fi sptar fl-Italja minħabba li anke huwa kien infettat bil-coronavirus.

Huwa stqarr li meta għamel l-ewwel test kien seren u trankwill għax ma kellu l-ebda sintomi. Iżda mat-tieni test is-sitwazzjoni kienet ferm differenti minħabba li bdew jidhru kumplikazzjonijiet fil-fwied, fil-kliwi u fil-frixa.

Matul it-13-il jum li qatta’ l-isptar, fejn kien qed jinżamm intubat f’kamra ma’ 24 persuna oħra, il-preżentatur popolari Taljan ta’ 63 sena, naqas fil-piż. B’kollox fil-fatt tilef 10 kilo.

Dwar l-esperjenza tiegħu, meta kien ukoll qed jara ħafna nies morda madwar, Scotti ammetta li beża’ ħafna tant li għax-xena li ra quddiemu, dik li qisha ta’ xi fil fantaxjentifiku, huwa beża ħafna.

“Spiċċajt nitlob għalihom minflok nitlob għalijja nnifsi,” ikkummenta hu mal-ġurnali Taljani waqt li qal ukoll li l-esperjenza li għadda minnha wasslitu biex iħares lejn il-ħajja minn lenti differenti.