Buttuna li tagħmel kummenti fuq l-internet aktar pożittivi

Minn fuq il-Google Chrome jew inkella minn fuq Safari Browser issa wieħed jista’ jniżżel “buttuna” li tiskenja siti minn kummenti abbużivi u mhux xierqa. Din min-naħa tagħha tbiddel kliem negattivi ma’ oħrajn aktar pożittivi.

Pereżempju kliem ta’ rabja bħal “mibegħda”, tinbidel mal-kelma pożittiva “mħabba”.

Din il-buttuna saret wara kampanja organizzata minn kumpanija li tipproduċi energy drink partikolari bil-għan li tagħmel l-internet jidher inqas aggressiv. Infatti din il-buttuna taħdem ma’ netwerks soċjali bħal Twitter, Facebook u anke YouTube.

Kelliem għall-kumpanija li tipproduċi din ix-xarba qal li l-kumpanija tiegħu, tixtieq li bil-prodotti tagħha tagħti enerġija pożittiva. Żied jgħid li kien għalhekk li ġiet ivvintata din il-“buttuna” sabiex l-internet jidher ukoll mimli enerġija pożittiva u dan għax il-“buttuna” xi drabi ddaħħal kliem li permezz tiegħu tagħti sens umoristiku lill-kummenti u tnissel tbissima lil dawk li jaqrawhom.