Butland flok Courtois?

Chelsea qed jaraw min jista’ jieħu post Thibaut Courtois jekk il-goalkeeper Belġjan jingħaqad ma’ Real Madrid.
Hemm bosta goalkeepers kompetenti li jistgħu jieħdu post Courtois iżda skont il-gazzetta Ingliża Daily Mail, Jack Butland ta’ Stoke City huwa l-kandidat numru wieħed.
Bħalissa Butland jinsab mat-tim Ingliż li qed jipprepara sabiex jibda l-avventura tiegħu fir-Russja u se jkun qed jissielet ma’ Jordan Pickford għal post mal-ewwel ħdax. Stoke ġew relegati fi tmiem l-istaġun u huma mistennija jitolbu somma rekord fil-Premier League Ingliż, waħda li għandha taqbeż dik li Everton ħallsu lil Sunderland għal Pickford.
Chelsea wrew ukoll interess f’Alisson ta’ Roma imma Butland jirrapreżenta għażla relattivament irħas.