Butir tal-inċova

Ingredjenti

6 inċoviet

butir bla melħ

Metodu

Naddaf l-inċova tajjeb u neħħi kemm tista’ x-xewk minnhom. Isħaqhom f’mehrież inkella fi proċessur tal-ikel.

Żid il-butir ħelu ftit ftit waqt li tkomli tħawwad u jkollok taħlita lixxa.

Għaddi t–taħlita minn passatur biex ikollok taħlita tassew lixxa u kremuża.

Poġġi t-taħlita fuq karta strazza u rromblaha biex ikollok bħal zalzetta.

Poġġi l-butir tal-inċova fil-friġġ. Meta tiġi biex tużaha tista’ tqattagħha roti fuq xi platt tal-ħut. Tajba wkoll fuq ħobż mixwi.