Busuttil jiddefendi lil Jason Azzopardi fil-każ ta’ ksur ta’ Privileġġ

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil assoċja ruħu mal-kummenti tad-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi li l-Ministru Owen Bonniċi “gideb” fl-istqarrijiet tiegħu quddiem il-Kumitat għall-Kontijiet Pubbliċi dwar l-Iskema ta’ Ċittadinanza b’Investiment.
Iktar kmieni, Azzopardi qal li ma kienx se jirtira l-kliem dwar Bonniċi. Sussegwentament, l-Ispeaker Anġlu Farruġia sab lil Azzopardi ħati prima facie ta’ Ksur ta’ Privileġġ. Busuttil talab lill-Ispeaker biex japplika għalih ukoll dan ir-ruling u qal li l-Oppożizzjoni kienet se tappella.
Nhar it-Tnejn, l-Ispeaker Anġlu Farruġia stieden lil Azzopardi biex jirtira l-istqarrija li l-Ministru Owen Bonniċi gideb fil-Parlament wara li skont l-investigazzjoni tiegħu, fl-istqarrijiet quddiem il-PAC, Bonniċi kien indika li jeżistu ħalsijiet addizzjonali għal dawk li kien elenka, liema ħlasijiet iżda kienu koperti mill-kunfidenzjalità.