Busuttil jerġa’ jitlob lill-Ispeaker jintervjeni

SImon_Busuttil_Parlament

Id-Deputat Nazzjonalista Simon Busuttil reġa’ ressaq ilment ieħor mal-Ispeaker Anġlu Farrugia dwar kif qed tkun irrapportaha l-pożizzjoni tiegħu dwar l-emendi għall-Att tal-Protezzjoni tal-Embrijuni.
Il-ġimgħa li għaddiet, l-Ispeaker talab lil One News jippubblika artiklu b’rappurtaġġ korrett għall-pożizzjoni ta’ Busuttil dwar dawn l-emendi.
Illum, Busuttil qal li l-Viċi Prim Ministru Chris Fearne kiteb artiklu fejn irrepeta dak li kien ġie rrappurtat minn One News fuq il-pożizzjoni tiegħu. 
Simon Busuttil fl-intervent tiegħu fil-Parlament qal li ġimgħa ilu talab li jkun iċċarat diskors li hu għamel fil-Parlament u li kien ġie rappurtat minn One News. 
Huwa qal li issa il-Viċi Prim Ministru Chris Fearne kiteb artiklu fejn reġa’ irrepeta dak li qal One News.
L-Ispeaker huwa mistenni li jagħti d-deċiżjoni tiegħu f'ruling f'seduta oħra.