Busking tradizzjonali ta’ Lejlet il-Milied għall-karità

hoss-for-hospice_3

Il-kantawtur Dav Jr din is-sena se jżomm mat-tradizzjoni mibdija sentejn ilu biex f’Lejliet il-Milied, jingħaqad ma’ sħabu mużiċisti u jagħmlu busking b’risq il-karità.

Fl-2018 kien nġabru fondi għal Dar Hosea filwaqt li s-sena l-oħra nġabru ftit inqas minn €1,000 għal Dar Merħba Bik.

Din is-sena l-għan ta’ Dav Jr, Lara Dimech, Karin Duff u Raquela huwa li jinġabru fondi għall-Hospice.

“Ridna nżommu t-tradizzjoni għaddejja, imma konna mħassba jekk in-nies jieqfux u jinġabru  madwarna minħabba s-sitwazzjoni preżenti” ikkummenta Dav.Jr, li saħaq li “konna nafu li ma nistgħux nikkanċellaw it-tradizzjoni, speċjalment din is-sena”.

Għalhekk minflok joħorġu jdoqqu fit-toroq, il-mużiċisti se jkunu qed jagħmlu dan online. Magħhom ikun hemm Matthew Pellicano, Gabriel Agius Pascalidis, Gian Privitera u Jean Paul Borg.

ONLINE BUSKING IN AID OF Hospice Malta 🌻this Christmas Eve 🎅🎄 ħoss għal Hospice.Over the past two years, we’ve headed over to Valletta on Christmas Eve for a busking session in aid of a local charity. Last year, the total donations amounted to a little bit under €1,000 thanks to everyone’s contributions.Despite all restrictions, we felt it was important this year more than ever to help others in need, and we decided to move our event online to avoid public gatherings. We also invited some other friends to join and are excited to get busking this Christmas Eve in aid of Hospice Malta – a voluntary organisation that provides and promotes the highest standards of palliative care. So join us as the stream goes LIVE on facebook this Thursday 24th at 12:00, spread the word and send in your donation to one of the numbers below!📲 9947 7863 (Revolut or BOV Mobile Pay)📲 5061 9234 (Official Hospice Malta Donation Number – €11.65)* On sending your contribution, please write “ħoss għal hospice”Every little counts and will surely be appreciated by those benefiting from the services offered by Hospice Malta. Merry Christmas and let’s make some music! ♥️Raquela Dalli Gonzi Karin Duff Karin Duff Raquela DG Dav.Jr Matthew Pellicano Gian Privitera Jean Paul Borg Stephanie Bonnici

Posted by Dav.Jr on Wednesday, December 23, 2020

L-avveniment se jkun jista’ jiġi segwit mill-paġna ta’ Dav Jr minn 12pm (nofsinhar) u donazzjonijiet b’risq il-Hospice se jkunu qed jintlaqgħu permezz ta’ Revolut jew BOV Mobile Pay +356 99477863 jew permezz tan-numru uffiċjal tad-donazzjonijiet tal-Hospice: 50619234 – €11.65. Il-kontribuzzjonijiet għandhom ikunu akkumpanjati fil-kliem  “ħoss għal hospice”.

Dan il-Milied int tista’ tagħmel differenza fil-ħajja ta’ ħafna nies waqt li tgawdi wkoll minn avveniment uniku.